Fil-partita minn League One fl-Ingilterra bejn Ipswich Town u Northampton Town, seħħ argument bejn ir-referee Darren Drysdale u l-midfielder ta’ Ipswich Alan Judge bit-tnejn jispiċċaw ras imb’ ras. Ir-referee kellu jiġi miżmum u mressaq lura mill-plejers sabiex l-argument ma komplix jeskala.
Jidher li l-FA Ingliżi kienet notifikata bl-inċident u fetħet invesitigazzjoni dwar dan il-każ.