Lokali

Arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura ta’ uffiċjal tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Raġel ta’ 42 sena ġie arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura ta’ uffiċjal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-każ seħħ matul il-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Jannar illi għadda, fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjonijiet illi saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-persuna li allegatament tat in-nar lillvettura. Waqt li kien arrestat fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, ir-raġel allegatament fera surġent tal-pulizija.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ 11.00 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D.