Birkirkara……………………………..2
Valletta…………………………………..0
Birkirkara: A. Guarnone, E. Pepe, L. Montebello, P. Mbong (C. Bonanni 68′), R. Briffa (G. Farrugia 88′), K. Zammit, R. Mbu, F. Falcone, C. Attard, O. Carniello, A. Da Paixao (C. Prado 79′)
Valletta: Y. Cini, T. Caruana, S. Malano, M. Picciolo, E. Pena Beltre (K. Nwoko 76′), E. Sala, R. Muscat, L. Aguirre, R. Fenech, M. Fontanella, L. Campos (S. Dimech 46′)
Referee: A. Johnson
Assistenti referees: L. Portelli, P. Apap
Birkirakra rritornaw għar-rebħ wara t-telfa fi tmiem il-ġimgħa kontra Ħamrun u saħħew il-possibilitajiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej meta f’waħda mit-tliet partiti li ġew rkuprati llum għelbu lil Valletta 2-0. Valletta kienu għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 kontra Sirens u għal din il-partita kellhom żewġ plejer sospiżi wara li tkeċċew fl-aħħar partita.
Valletta bdew tajjeb u ħarġu fuq l-offensiva. Matteo Picciolo wara 10 minuti resaq qrib li jitfa’ lil Valletta fil-vantaġġ meta x-xutt tiegħu ħabat mal-wieqfa. Minuta wara Guarnone salva b’mod tajjeb t-tentattiv minn fuq ix-xellug ta’ Ryan Fenech. Birkirkara fetħu l-iskor fit-38 minuta meta xutt ta’ Falcone kien devjat f’saqajn LUKE MONTEBELLO li xeħet wara Cini għal 1-0.
Fit-tieni taqsima, s-sostitut Shawn Dimech għadda lejn Mario Fontanella li ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra. Valletta resqu għal darb’oħra viċin li jġibu l-iskor indaqs meta mas-siegħa logħob, x-xitt ta’ Pena Beltre stampa mal-mimduda, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Piccioli li mill-viċin ukoll laqat il-lasta. It-tieni gowl ta’ Birkirkara wasal sitt minuti mit-tmiem meta s-sotitut CAIO PRADO kkonkluda mill-ewwel fuq cross minn fuq ix-xellug.
//= $special ?>