Futbol Sport

Borussia Dortmund jiskorjaw tliet gowls importanti barra minn darhom

(Ritratt: EPA)

Bourrsia Dortmund kisbu rebħa importanti barra minn darhom ta’ 3-2 fuq Sevilla biex b’hekk fetħu vantaġġ komdu għat-tieni leg. Wara biss 7 minuti Sevilla fetħu l-iskor wara li tentattiv ta’ SUSO kien imxellef qabel ma għeleb lil Marwin Hitz.

Fid-19 il-minuta l-iskor sar 1–1 meta minn azzjoni ta’ Erling Haaland kien MAHMOUD DAHOUD li għeleb lil Tassine Bounou. Borussia komplew jiddettaw tant li fis-27 minuta kien ERLING BRANT HAALAND li minn azzjoni ta’ Jadon Sancho għeleb mill-ġdid lil Bounou. Fl-44 minuta l-iskor sar 3–1 . Pass ta’ Marco Reus u mill-ġdid HAALAND ma’ falliex. Sevilla naqqsu l-iskor fl-84 minuta minn azzjoni ta’ Oscar Rodriguez kien LUUK DE JONG li skorja biex għalaq il-partita 3–2.