Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 199 każ ġdid – ifiqu 89

Huma 199 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 20,246 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 89 persuna biex issa huma 17,523 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra fatalità tal-pandemija. Dan wara li raġel ta’ 74 sena tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei sabiex b’hekk, il-vittmi totali fil-Gżejjer Maltin żiedu għal 298, 31 mewta matul ix-xahar ta’ Frar s’issa.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,425.

Dan filwaqt li tul il-jum tat-Tlieta ngħataw 2,062 vaċċin – b’741 jingħataw t-tieni doża.

Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel ħamest ijiem tal-ħamsin ġimgħa tal-firxa tal-pandemija f’pajjiżna kellna żiedu kemm fil-każi ġodda kif ukoll fl-imwiet meta ċ-ċifri ġew mqabbla mal-istess perjodu tal-ġimgħa preċedenti.