Lokali

“Cutajar aġevolat lilha nnifisha” – l-avukat Debono

L-avukat Edward Debono jemmen illi bil-flus li rċiviet Rosianne Cutajar mill-konvenju li kien qed jaghmel Yorgen Fenech fis-Sajf tal-2019…hi ma’ aġevolatx lil ħaddieħor, iżda lilha nnifsiha.

F’intervent waqt il-programm NETLIVE, l-avukat Debono insista illi wara li Cutajar irciviet dak l-ammont ta’ cash, mhuwiex korrett li ma jiġux iddikjarati fid-dħul tagħha.

Minn naħa tiegħu, l-opinjonista Gejtu Vella stqarr li wieħed għandu jidħol fil-politika mhux biex jaqla il-flus iżda biex ikun ta’ servizz għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. U insista li il-weghdiet li kien iwiegħed il-partit Labursita qabel ma tela’ fil-Gvern, ma ssarrfu f’xejn ħlief korruzzjoni

Gejtu Vella qal li huwa obbligu li pajjiżna ma jkomplix miexi fuq din it-triq iżda jibda jibni fuq principji tajbin sabiex il-Gvern ma jibqax jeghreq fil-hmieġ…. għaliex pajjiżna ma jixraqlux hekk.