Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem jagħti rebħa lil Mosta

(Ritratt: Stephen Gatt)

Gudja U…………………………0

Mosta…………………………….1

Gudja U: G. Zammit, A. Friggieri, V. Conceicao (E. Da Silva 86′), L. Cremona, G. Mensah, F. Pankatican, I. Gonzalez, H. Vella (J. Brincat 75′), T. Veronese, J. Bolanos, J. Grioli

Mosta: H. Mafoumbi, C. Ememe, M. Mifsud (G. Sciberras 90′), J. Bezzina (Z. Brincat 71′), C. Failla, T. Farrugia, Y. Naah, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, R. Ekani

Referee: P. Farrugia

Assistenti referees: A. Camilleri, M. Ciantar

F’dik li dehret li se tkun partita bilanċjata sa mill-bidu, gowl fl-aħħar sekondi tal-partita, ta rebħa ta’ 1-0 lil Mosta fuq Gudja United. Fl-aħħar ħarġa tagħhom, Gudja kisbu draw ta’ 1-1 fuq Sliema filwaqt li Mosta tilfu 2-0 kontra Hibernians.

Minkejja li l-partita ftit li xejn offriet spettaklu, il-ballun kien il-ħin kollu tiela’ u niżel bi-żewġ gowlkipers jaqdu dmirhom sew fil-lasti. L-aktar li resqu viċin li jiftħu l-iskor kienu Gudja meta fis-76 minuta minn pass fit-tul, kien is-sostitut James Brincat li rnexxielu jqabbeż minn fuq il-gowlkiper bil-ballun jaħbat mal-lasta u jgħaddi barra. Bil-partita tidher destinata għal draw, kien freekick mill-isbaħ ta’ CLAYTON FAILLA li ħasad għal kollox lil Zammit biex ta tliet punti lit-tim ta’ Mosta.