Lokali

Ħabta fil-Marsa tħalli Żabbari f’qagħda gravi

Arkivji

Raġel minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Il-każ seħħ it-Tlieta, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija, fi Triq San Mikiel meta għal xi raġuni l-vettura misjuqa mill-vittma ta’ 44 sena kellha mpatt ma ħames karozzi oħra li kienu pparkjati.

Fil-post ġiet msejħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.