Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’nar fl-Imsida

Ħadd ma weġġa’ f’nar li ħakem binja abbandunata fi Triq l-Ispiżjar Joseph Sciberras fl-Imsida.

Jirriżulta li ftit wara s-2pm, ġirien nnutaw daħna qawwija ħierġa mill-binja, li ilha żvujtata għal madwar 10 snin. Dak iż-żmien, il-binja kienet parti mill-proġett ta’ Gvern Nazzjonalista għall-housing soċjali fiz-zona.

Madankollu, fl-aħħar snin, iz-zona baqgħet abbandunata u suġġett għal vandalizzar, bl-ebda appartament ġdid ta’ housing soċjali ma għadu ġie inawgurat fl-aħħar tmien snin.

Ġirien li tkellmu ma’ NET News spjegaw li dawn il-binjiet abbandunati spiss jiġu żgassati minn barranin, li jagħżlu li jidħlu fihom, anke biex jorqdu.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom biċċa xogħol kbira biex jikkontrollaw in-nar minħabba l-ammont ta’ skart li kien hemm mormi fil-binja.