Internazzjonali

Id-Duka ta’ Edinburgh jiddaħħal l-isptar

Id-Duka ta’ Edinburgh iddaħħal l-isptar it-Tlieta filgħaxija “bħala miżura ta’ prekawzjoni” wara li ħassu ma jiflaħx, qal il-Palazz ta’ Buckingham.

L-istqarrija żiedet li l-Prinċep Philip ta’ 99 sena ttieħed l-Isptar King Edward VII f’Londra.

Sors tal-palazz qal lill-BBC li d-Duka vvjaġġa bil-karozza lejn l-isptar, fejn iddaħħal fuq il-parir tat-tabib tiegħu. Id-Duka kien ilu jħossu ma jiflaħx għal ftit jiem, iżda dan ma kienx relatat mal-coronavirus.