Bħala parti mill-proċess ta’ tiġdid fil-Partit Nazzjonalista, issa jmiss li jiġi elett il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex li jkun elett direttament mit-tesserati Għawdxin.
Il-kumitat reġjonali ta’ Għawdex ikun kompost minn Chairperson u sitt membri eletti mit-tesserati tal-partit li jkunu residenti f’Għawdex. L-elezzjoni ssir separatament għaċ-Chairperson u għall-membri f’żewġ elezzjonijiet separati. Il-Kumitat jiġi elett għal perjodu ta’ sentejn.
Kemm l-elezzjoni għal Chairperson kif ukoll għall-membri se jsiru nhar is-Sibt 20 ta’ Frar bejn l-10am u l-5pm fis-Sub-Headquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat. Peress li Paul Buttigieg kien l-unika kandidat għall-kariga ta’ Chairperson, mhux se jkun hemm bżonn ta’ elezzjoni għal din il-pożizzjoni.
Il-kandidati għall-Membri huma:
- Attard Mark
- Bajada Franco
- Camilleri Eucharist
- Curmi Anthony
- Dimech Paul
- Hili Josef
- Saliba Baskal
- Zammit Miriam
Minn dawn, it-tesserati Għawdxin iridu jagħżlu sitt membri fl-elezzjoni li se ssir is-Sibt 20 ta’ Frar.
//= $special ?>