Wara li kienu analizzati l-effett tal-pandemija, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta preżenta t-tbassir ekonomiku tiegħu għat-tliet snin li ġejjin. Minn din l-analiżi jidher ċar illi meta mqabbel mat-tbassir ippubblikat f’Diċembru li għadda, it-tkabbir fil-GDP qed jiġi rivedut ’l isfel għall-2020 u l-2021.
It-tnaqqis fl-esportazzjoni netta kien il-kontributur ewlieni għat-tnaqqis fil-GDP fl-2020, minħabba tnaqqis drastiku fid-domanda barranija, restrizzjonijiet fuq attivitajiet relatati ma’ safar, u tfixkil fil-provvista globali. Madankollu, id-domanda domestika hi wkoll stmata li kkontribwiet b’mod negattiv, hekk kif id-diversi miżuri ta’ trażżin naqqsu n-numru tal-attivitajiet matul is-sena.
//= $special ?>