Lokali Parlament

Il-Gvern irid biss jagħlaq ħalq il-Moneyval

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet li l-iskop tal-Gvern hu biss li jagħalq ħalq il-Moneyval u mhux li jgħin u jsaħħaħ il-professjoni tal-avukati fil-pajjiż.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia qal li l-Gvern għandu l-ħsieb li roxx il-bżar fl-gġħajnejn u spjegat kif dan hu Gvern mifni bil-korruzzjoni. Dan hu Gvern li ipproteġa lill-ftit ta’ ġewwa u tefa’ l-bżar f’għajnejn in-nies. Hi sostniet li l-parlament għandu kull liġi biex Malta tkun salvata mill-effetti tal-Moneyval fuq il-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-PN għandu jkompli jipproponi biex Malta tgħaddi mit-test tal-Moneyval. Il-Gvern m’għandu l-ebda pjan li jrażżan lill-persuni li jħossuhom ‘il fuq mil-liġi.

Ir-rapport tal-Moneyval hu tort tal-politika tal-Gvern u ta’ min irid jibqa’ jipproteġi lil min abbuża waqt li deputati oħra Laburisti baqgħu siekta. Kienu dawn id-deputati li vvutaw favur biex dawn il-ministri u deputati li abbużaw jinżammu.

Il-Gvern qed jippreżenta liġoijiet li l-ħsieb wrajhom mhux sinċier u ta’ sustanza jew li jitwaqqfu dawk protetti mill-Gvern iżda għandhom l-iskop li l-pajjiż jidher li qed jittieħdu passi minħġabbal-Moneyval.

Il-Gvrn issa qed iressaq emendi propju minħabba r-rapport tal-Moneyval; mingħajr l-imbotatturaa tal-Moneyval il-Gvern ma kienx iressaq il-proposti dwar l-avukatura. L-impunità kienet hemm u għadha hemm għax il-Gvern ma nbidilx; il-Gvern issa qed iressaq emendi żgħar.

Il-pajjiż għandu bżonn bidla fil-kultura politika tal-Gvern; il-Gvern qed bżonn irażżan l-atteġġjament ta’ deputati Laburisti biex jibgħat messaġġ li qed irażżan l-impunità. L-impunità qed tinħadem f’Kastilja stess, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex in-nies u r-reputazzjoni tal-pajjiż ikunu protetti.

Anki l-Kamra tal-Avukat stess qalu li dan l-abbozz mhux sforz ġenwin iżda hu biss attentat b’nofs qalb biex Malta tgħaddi mir-rapport tal-Moneyval.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu eżerċizzju ta’ malajr tant li jidher li l-ministru ma kkonsultax mal-Kamra tal-Avukati dwar il-kontenut. Hi appellat biex jinżammu l-istandards ogħlja fl-avukatura u kkritikat il-fatt li l-President issa se jkollu d-diskrezzjoni li jneħħi skwalifika li jkun ħa avukat.