Lokali

Il-Gvern jimpika mal-edukaturi u jintimida lill-impjegati tad-direttorati tal-edukazzjoni – PN

l-Partit Nazzjonalista jinnota kif wara r-riżenja ta’ diversi uffiċjali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, għal mod kif dan qiegħed jitmexxa, wassal biex l-edukaturi għadhom mingħajr il-​laptops il-ġodda. Minħabba li għal darb’oħra ma’ ppjanax bil-quddiem, il-Ministeru tal-Edukazzjoni mhux f’pożizzjoni lijipprovdil-​laptopsil-ġoddalill-edukaturiu dan kontra l-ftehim li għandu.

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli stqarr li t-tqassim ta’ dawn il-​laptops ​ , li minħabba fil-pandemija issa iktar minn qatt qabel huma għodda indispensabbligħall-edukaturi,lill-għalliema kellu jibda f’Jannar li għadda. Dan iżda, sal-lum għadu ma bediex.

Dan in-nuqqas huwa tort in-nuqqas ta’ preparazzjoni u d-diżorganizazzjoni li qed taħkem il-Ministeru tal-Edukazzjoni, hekk kif numru ta’ persuni f’pożizzjonijiet kruċjali qed jirriżenjaw biex imorru jaħdmu postijiet oħra nklużid-DiretturĠenerali,ċ-​ChiefInformation Officer ​ u staff kruċjali ieħor.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lil Ministeru biex mill-iktar fis possibbli jżomm mal-wegħda tiegħu lill-edukaturi u japprezza l-ħidma ndispensabbli li qegħdin jagħmlu, ħafna drabi b’sagrifiċċji personali billimill-kliemjimxigħall-fattiujsibis-soluzzjonijietminflokjimpika mal-edukaturi u jintimida lill-impjegati tad-direttorati tal-edukazzjoni.