Illum, l-Erbgħa 17 ta’ Frar, il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra Ras ir-Randan, il-bidu għall-perjodu tar-Randan Imqaddes, perjodu ta’ 40 jum ta’ talb u sawm b’tifkira għall-40 jum li qatta’ Ġesù fid-deżert kif ukoll bit-tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Matul dan iż-żmien, il-Knisja qed tħeġġeġ lill-Insara sabiex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet u l-eżerċizzjoni spritwali b’responsabbilità u ħarsien għall-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-kontra t-tixrid tal-Covid-19.
Kelliema għall-Kurja spjegaw li matul il-jum tal-lum kull min għandu bejn 18 u 60 sena, għandu dmir li jsum – filwaqt li minn 14-il sena ‘il fuq għandu obbligu li jastjeni milli jiekol laħam – għajr għal dawk li jsofru minn xi kundizzjoni.
//= $special ?>