Il-61 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ser issir nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, fejn minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti b’rabta mal-COVID-19 se tkun waħda ristrett u differenti mill-edizzjonijiet tal-passat.
L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ħa inkosiderazzjoni s-sitwazzjoni preżenti fl-isports f’pajjiżna u kien deċiż li minkejja kollox dan l-avveniment għandu jsir, b’hekk dan huwa l-eqdem avveniment li jagħti l-unri f’pajjiżna. Dan l-avveniment se jkun qed jittellgħa bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bil-Kumitat Organizzattiv se jkun ffurmat mir-rappreżentatni taż-żewġ organizzazzjonijiet. Fis-serata li ser tkun organizzata se jkunu mħarsa l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni kif maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Fil-jien li għaddew l-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet Sportivi kellhom l-opportunità li jissotomettu n-nominazzjonijiet tagħha għall-kategoriji standar li huma: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Team tas-Sena. Fil-jiem li ġejjin, l-Kumitat Organizzattiv se jkun qed jagħmel skrutinju tan-nominazzjonijiet kollha u wara ssir votazzjoni bejn il-membri attivi tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fejn se jintgħażlu l-finalisti. In-nominazzjonijiet għall-unur People’s Choice Award ser ikunu qed jinfetħu fil-jiem li ġejjin.
Il-61 edizzjoni ta’SportMalta Awards sa issib l-appoġġ ta’ Maltco lotteries, Atlas insurance, u Bank of Valletta. Kumpaniji oħra li jixtiequ jkunu assoċjati ma’dan l-avveniment sportiv Nazzjonali huma mitluba li jikkuntatjaw lil Għaqda Ġurnalisti Sports fuq info@maltasportsjournalists.com. Kif sar fl-aħħar snin is-serata ta’SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ser tkun qed tixxandar diretta fuq it-televiżżjoni u din is-sena se jkun hemm xandira ukoll fuq Facebook live permezz ta’cross posting ta’diversi paġni ta’ facebook ta’ diveris media houses lokali.
//= $special ?>