Lokali

Kundanna għall-mod kif issakkru l-ġurnalisti f’Kastilja

Rapporti qed jindikaw li skont l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, il-ġurnalisti ma kellhomx jiġu miżmuma milli joħorġu minn sala f’Kastilja wara konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat lura fit-28 ta’ Novembru, 2019.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru taħt it-tmexxija ta’ Muscat, instab ħati ta’ ksur ta’ etika u issa għaldaqstant taqa’ f’idejn il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex janalizza, japprova r-rapport ta’ George Hyzler.. u skont l-eventwalità jieħu azzjoni.

Rapporti qed jindikaw li l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia għandu f’idejh ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards, u mistenni jsejjaħ il-Kumitat Parlamentari matul il-ġimgħa d-dieħla.