Lokali

Kuntrarju għall-PN, il-Gvern jibqa’ ma jikkommettix ruħu li jsolvi l-anomalija tal-pannelli

Għat-tieni jum konsekuttiv, il-Ministru responsabbli mill-Enerġija Miriam Dalli baqghet ma tikkommettix ruħha u taħrab milli twieġeb b’mod li jserraħ ras dawk kollha li bħalissa qed ikunu ddiskrimanti.

Gvern Laburista, li ilu mill-2013 jisħaq fuq enerġija nadifa, qed jispiċċa jippersisti b’politika ta’ inġustizzja fil-konfront ta’ dawk li fl-aħħar snin nefqu eluf ta’ ewro minn flushom biex jiġġeneraw enerġija li ma tniġġisx bl-uzu tal-pannelli tax-xemx.

Filfatt, għat-tieni darba f’24 siegħa, Dalli ma kinitx kapaċi tagħti garanzija li l-anomalija – jew inġustizzja – li qed ibatu dawk li investew l-eluf f’pannelli,  se titranġa mill-Gvern.

Il-Ministru Dalli ma weġbitx għall-mistoqsija dwar jekk min għandu l-kuntratti ta’ sitt snin u li mistennija jieħdu biss 7.5ċ għal kull unit li jiġġeneraw bil-pannelli, hux se jkollhom ir-rata ta’ ħlas tagħhom riveduta għal 10.5ċ, jew ir-rata minima li jiċċarġja lilhom il-Gvern tal-istess unit.

Qalet biss, li l-Gvern se jkun qed jaghmel il-proposti. Fi kliem sempliċi, għad m’għandux soluzzjonijiet immedjati.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech diġà kkommetta ruħu li Gvern Nazzjonalista jsolvi l-problema li ħoloq il-lejber u mall-ewwel jirranġa din l-anomalija billi jirrevedi l-ispill off rate.

Minn naħa l-oħra, il-Gvern Laburista, li kien hu li ħoloq din l-inġustizzja, qed jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni, u għadu mhux lest jikkommetti ruħu li jsolvi din is-sitwazzjoni.

Fl-aħħar sitt snin, Gvern Laburista ħareġ erba’ skemi b’kuntratt ta’ sitt snin għal min irid jixtri l-pannelli.

Wara li jiskadu s-sitt snin, issa, dawk kollha li investew flushom biex jipproduċu enerġija nadifa, minflok jiġu inċentivati, qed isofru inġustizzja, bil-Gvern iħallashom ferm anqas ghal kull unit milli jiċċarġjahom hu stess.

Bil-Ministru Dalli tibqa’ ma tikkommettix ruħha magħna, u fl-istess waqt tgħid li weġbitna.