Futbol Sport

Lija jżommu t-tamiet li jsalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier ħajjin

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Senglea A………………………….1

Lija A………………………………….3

Senglea A: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, F. Gnindokponou (J. Attard 80′), S. Buhagiar, D. Fava, D. Abela (R. Song 59′), D. Dibola, D. Kukic (W. Batata 74′), L. Brincat (D. Xuereb 59′)

Lija A: L. Bonnici, C. Cassar, S. Pedro, A. Borg, F. Brandan, N. Micallef (G. Falzon 89′), W. Serrano, M. Perez (B. Antignolo 91′), M. Flores, C. Gilla, G. Virano (D. Scerri 71′)

Referee: M. Spiteri

Assitenti referees: M. Scerri, D. Spencer

Lija Atheltic telgħu fit-13 -il post tal-klassifika meta f’partita kontra t-tim tal-qiegħ Senglea Atheltic rebħu b’mod konvinċenti 3-1. Qabel il-partita, Lija preżentaw flokk speċjali lid-difensur Carl Cassar fejn kien qed jilgħab l-mitt partita mat-tim ta’ Lija.

Lija għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mill-bidu u wara li ħarġu fuq l-offensiva, marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta Ismael Borg rebaħ il-ballu tajjeb u qassam lejn Walter Serrano fejn sab lil FERNANDO BRANDAN li wara li dar ma’ difensur u għeleb lil Matthew Farrugia b’xutt minbarra l-kaxxa.

Senglea wettqu reazzjoni mal-ewwel u tliet minuti wara ġabu l-iskor indaqs meta minn freekick mogħti b’mod tajjeb minn Daneel Abel, kien DIWOTO DIBOLA li bir-ras għamilhom 1-1.

Fit-tieni taqsima, Lija ħarġu fuq l-offensiva u minn cross ta’ Carl Cassar, kien MIGUEL JIMENEX li b’daqqa ta’ ras tajba għamel l-iskor 2-1. Senglea resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs u fid-59 minuta, Dibola ra t-tentatti tiegħu jaħbat mal-lasta. Lija għalqu l-partita fil-71 minuta meta minn corner ta’ Gonzalo Virano, SOARES PEDRO għamilhom 3-1.