Luqa St. Andrews inaqgħdu ma’ Mġarr United u Melita, biex kisbu post fil-BOV Challenge League. Fil-jiem li ġejjin it-tliet timijiet se jkunu qed jilgħabu bejnithom, bir-rebbieħ ikun iċ-champion tal-BOV Amateur League. Il-logħbiet se jintlagħabu fis-27 ta’ Frar, fit-2 ta’ Marzu u fis-6 ta’ Marzu.
Intant ir-raba’ tim promoss mill-BOV Amateur League se jkun deċiż permezz ta’ play-off, bit-timijiet li kwalifikaw għall-play-off ikunu: Msida SJ, Siġġiewi, Rabat Ajax, Żurrieq, Marsaskala, Mellieħa, Attard, Kirkop United u Xagħjra Tornados.
Il-partiti ta’ dawn il-play-off jibdew nhar it-Tlieta 23 ta’ Frar bir-round preliminari, is-Sibt 27 ta’ Frar tintlagħab il-kwartifinali, l-Erbgħa 3 ta’ Marzu tintlagħab is-semifinali filwaqt li s-Sibt 6 ta’ Marzu tintlagħab il-finali
//= $special ?>