L-MFA ma laqgħetx l-protest li Sirens daħlu kontra Valletta, fejn Sirens ipprotestaw fuq il-plejer Serb ta’ Valletta Ivan Maric għaliex skond Sirens l-plejer ta’ Valletta kien għadu taħt il-perjodu ta’ kwarantina wara li wasal f’pajjiżna.
Valletta resqu il-provi li juru li l-plejer wasal minn pajjiż ieħor, il-Bulgarija u b’hekk m’hemmx għalfejn wieħed josserva kwarantina meta jasal minn dan il-pajjiż.
B’hekk Valletta se jżommu t-tliet punti wara li fi tmiem il-ġimgħa għelbu lill-istess Sirens 1-0.
//= $special ?>