Manchester City fetħu vantaġġ ta’ 10 punti f’ras il-klassifika b’rebħa ta’ 3-1 fuq Everton. Manchester City kellhom aktar pussess sal-ewwel nofs siegħa, kellhom jistennew sat-32 minuta biex imorru fil-vantaġġ wara li PHIL FODEN għeleb lil Jordan Pickford . Reazzjoni immedjata minn Everton li sitt minuti wara għamlu l-iskor 1 – 1 . Azzjoni ta’ Coleman bit-tentattiv ta’ Lucas Digne jaħbat mal-lasti daħal għar-rebound RICHARLISON li għeleb lil Ederson Moraes. Fit-tieni taqsima żdiedet il-pressjoni minn Manchester City sabiex fit-63 minuta marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Bernardo Silva b’RIYAD MAHREZ jgħeleb lil Pickford għat 2 – 1.Fis-77 minuta kien BERNARDO SILVA li minn azzjoni ta’ Gabriel Jesus għamel l-iskor 3 – 1 u għalaq il-partita.
Burnley u Fulham qasmu l-punti fi draw ta’ 1-1 f’Turf Moor. Riżultat li ma ssodisfa lil ebda team u ebda tibdil fil-klassifika b’Burnley jibqgħu fil-15 il-post b’27 punt u Fulham fit-18 il-post b’19 il-punt.
0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima sabiex fid-49 minuta Fulham fetħu l-iskor permezz ta’ OLA AINA li minn azzjoni ta’ Joachim Andersen għeleb lil Nick Pope. Tlett minuti wara Burnley kisbu l-gowl tad-draw . Azzjoni minn Jay Rodriguez lejn ASHLEY BARNES li għeleb lil Alphonse Areola għal 1 – 1 . Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita.