Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Gvern tilef opportunità miltufa biex il-professjoni legali tkun regolata; diskussjoni li ilha snin twal u dan seta’ sar b’liġi apposta u speċifika iżda l-Gvern kien iktar preoppukat li jindirizza n-nqqasijiet indikati mill-Moneyval milli l-ħtiġijiet tal-professjoni legali.
Fil-parlament Mario de Marco qal li l-Gvern qed ikollu jilleġiżla propju minħabba l-Moneyval u fil-fatt qed jonqos milli jindirizza l-ħtiġijiet tal-professjoni legali u n-nuqqasijiet li huma indikati fl-istess rapport tal-Moneyval. Hu kompla li l-iskop tal-liġi li qed iressaq il-Gvern hu biss attentat li jkunu sodisfatti n-nuqqasijiet indikati fir-rapport tal-Moneyval.
Hu tkellem dwar il-funzjoni tal-avukati u l-ħtieġa li din tkun regolata; il-Gvern tilef opportunità li jirregola l-professjoni legali kif inhi llum u mhux kif kienet 30 sena ilu. Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-avukati impjegati u sostna li llum ħafna avukati jsibu impjieg f’kumpaniji li ma jipprovdux biss servizz legali.
Qed tevolvi sitwazzjoni fejn id-ditti li jimpjegaw lill-avukati qed jipprovdu servizzi legali minkejja li m’humiex ditti legali. Skont il-kodiċi ta’ etika, servizz legali jista’ jkun pprovdut biss minn ditti legali jew avukati.
Dwar id-definizzjoni ta’ ditti legali, Mario de Marco qal li l-kodiċi tal-etika tal-avukati ma jipoprovdix tifsira dettaljata biżżejjed dwar x’tikkonsisti ditta legali. Dan qed iwassal biex ditti li jipprovdi servizzi legali iżda m’humiex immexxija minn avukati ma jaqgħux taħt din il-liġi.
Hu tkellem dwr il-Kamra tal-Avukati u qal li din tirrapreżenta l-professjoni legali iżda ir-rokonixximent tal-istess Kamra ma joħroġx mil-liġi. Għahekk hu importanti li anki l-Istat jirrikonoxxi lill-Kamra bħala dik li tirrapreżenta l-professjoni legali. Jeħtieġ ukoll li l-Kamra tal-Avukati jkollha r-riżorsi neċessarji; ikun għaqli li biex avukat iżomm il-warrant tiegħu dan irid iżomm ruħu aġġornat mal-liġi billi jkompli jitgħallem tul il-ħajja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Kumitat tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali se jkollu responsabbiltà li jirregola l-professjoni legali u qatt ma kien intiż li jkun entità regolatorja fuq la-vukatui. Hu qal li jkun aħjar li jinħoloq Bord tal-Avukati ad hoc. L-emendi li qed iressaq il-Gvern jonqsu milli jispeċifikaw il-funzjonijiet regolatorji preċeżi tal-Kumitat.
//= $special ?>