F’partita mill-isbaħ, Rafael Nadal kien eliminat minn Stefanos Tsitsipas mill-kwartifinali tal-Open tal-Awstralja. Tsitsipas għeleb lil Nadal 3-6, 2-6, 7-6, 6-4, 7-6 biex b’hekk fis-semifinali se jilgħab kontra Daniil Medvedev li minn naħa tiegħu għeleb lil Andrey Rublev 7-5, 6-3, 6-2.
Intant mill-kategorija tan-nisa, is-seed numru wieħed Ashleigh Barty ukoll kienet eliminata. Barty kienet eliminata minn Karolina Muchova 1-6, 6-3, 6-2 biex rnexxiela tasal sas-semifinali fl-ewwel Grand Slam tal-karriera tagħha. Fis-semifinali, Muchova se tilgħab kontra Jennifer Brady li minn naħa tagħha għelbet lil Jessica Pegula 4-6, 6-3, 6-1.
//= $special ?>