Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq l-ASA organizzat ir-raba’ kompetizzjoni Time Trial għall-istaġun 2020-2021 217 għawwiem minn tmien klabbs affiljati ħadu sehem f’erba’ sigħat ta’ kompetizzjoni li ġabru fihom xejn anqas minn 14 il-kategorija . Punt interessanti li 95 għawwiem u 118 għawwiema tejjbu fuq l-aħjar ħin tagħhom Fuq kulħadd spikkat Sasha Gatt li kienet l-unika għawwiema li kisret ir-record nazzjonali.
Fl-400 metru freestyle Gatt tejjbet ir-record tagħha stess miksub f’Ottubru 2020 b’xejn anqas minn 4/84 sekondi. Il-ħin ġdid li għamlet fid-distanza huwa ta’ 4 minuti 23 .33 sekondi Joe Caruana Curran, President tal-ASA ikkummenta li filwaqt illi Malta hija wieħed mill-pajjiżi fejn kompetizzjonijiet tal-għawm qed isiru, il-livell milħuq huwa wieħed tajjeb u jawgura għal futur immedjat tal-istess għawwiema. Huwa kkonferma li l-għawwiema tat-tim nazzjonali ser ikunu qed jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ parti mill-programm ta’ preparazzjoni għal Loghob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa tal-2023.
//= $special ?>