Sewwieq ta’ mutur mill-Munxar, Għawdex, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ ftit wara l-5.30 tat-Tlieta waranofsinhar fi Triq tal-Ħotba meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn tlett vetturi; il-mutur misjuq mill-vittma ta’ 46 sena – u żewġ karozzi misjuqa minn mara ta’ 65 sena u vettura oħra misjuqa minn żagħżugħa ta’ 26 sena – it-tnejn miż-Żejtun stess.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-Għawdxi l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
