Lokali Qorti

Stqarrija tal-ġurnalista tat-Times trid tingħata lill-avukati akkużati b’attentat ta’ tixħim

Qorti ddeċidiet li stqarrija magħmula lill-Pulizija minn ġurnalist tat-Times of Malta għandha tingħata lil żewġ avukati akkużati b’attentat ta’ tixħim. Il-ġurnalist Ivan Martin kien mitkellem mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ konversazzjoni li fiha Martin iddikjara li ġie offrut “bejn 2 u 4 karti ta’ flus kontanti ta’ €500” mill-Avukati difensuri ta’ Yorgen Fenech, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca.

Dan skont Martin kien seħħ f’laqgħa li Martin kellu ma’ l-imsemmija Avukati. F’digriet ta’ tmien paġni, li jikkwota ġurisprudenza Ewropea kif ukoll direttivi tal-UE dwar id-dritt għall-informazzjoni matul il-proċess tal-ġustizzja kriminali.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qalet li l-Qorti “ma setgħetx tara kif dan l-aċċess jista’ jhedded serjament il-ħajja jew id-drittijiet fundamentali” tal-ġurnalist in kwistjoni kif qed tgħid il-Prosekuzzjoni.

F’seduta preċedenti, il-Qorti kienet semgħet lil Martin jixhed kif kien irċieva messaġġ fuq WhatsApp mingħand Mercieca fejn talab jiltaqa’ fl-uffiċċju ta’ Merceica fi Triq l-Ifran il-Belt.

Matul dik il-laqgħa Caruana Curran, Mercieca u Martin kienu ddiskutew sensiela ta’ stejjer “f ‘tip ta’ kampanja” mmirata biex timmina l-kredibilità tax-xhud li ngħata l-proklama mill-Istat Melvin Theuma.

Theuma, l-intermedjarju fil-komplott biex tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien ingħata Maħfra Presidenzjali biex jixhed kontra Yorgen Fenech.

L-Avukai difensur tal-Avukati akkużati, Giannella DeMarco u Stephen Tonna Lowell, kienu insistew li kellhom bżonn jaraw id-dikjarazzjoni tal-Pulizija ta’ Martin sabiex imexxu l-kontro-eżami tiegħu.

Hekk kif il-każ kompla, qabel xehdu numru ta’ esperti tekniċi, il-Maġistrat iddekretat applikazzjoni ppreżentata mill-imputati fit-8 ta’ Frar, u laqgħet it-talba tagħhom għal kopja tad-dikjarazzjoni maħruġa minn Ivan Martin lill-Pulizija. Il-każ ikompli fl-24 ta ’Frar. Is-Supretendent James Grech u l-Ispettur Anthony Scerri qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni.