Futbol Sport

Vantaġġ minimu għal Porto

(Ritratt: EPA)

Porto għelbu b’sorpriża lil Juventus 2-1 biex b’hekk għandhom vantaġġ minimu għat-tieni leg. Wara biss żewġ minuti Porto marru fil-vantaġġ. Żball fid-difiża minn Rodrigo Betancour , approfitta MEHDI TAREMI li għeleb lil Szczesny fl-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Madankollu wara biss minuta tat-tieni taqsima, Porto rduppjaw. Minn azzjoni ta’ Wilson Manafa kien MOUSSA MAREGA li fetaħ vantaġġ doppju għal Porto. Wara s-siegħa logħob b’Alvaro Morata u Aaron Ramsey jidħlu bħala sostituti, żdiedet il-pressjoni minn Juventus . Fit-83 minuta minn azzjoni ta’ Adrien Rabiot kien FEDERICO CHIESA li għeleb lil Augustin Marchesin għat 2-1.