Coronavirus Lokali Saħħa

3 vittmi oħra tal-Covid-19 – 163 każ ġdid

Il-vittmi jaqbżu t-300

Il-vittmi f’pajjiżna issa telgħu għal 301 dan hekk kif fl-aħħar sigħat Malta kellha 3 fatalitajiet oħra tal-Coronavirus. It-tliet persuni huma rġiel ta’ 82, 78 u 81 sena li mietu fl-isptar Mater Dei.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis f’pajjiżna ġew irreġistrati 163 każ ġdid ta’ Covid-19 biex l-ammont ta’ każi attivi kompla jiżdied u issa jlaħħaq 2,429 każ. L-ammont ta’ persuni li fiequ mill-Covid fl-aħħar sigħat huwa 156 filwaqt li dak totali huwa ta’ 17,679.

Il-każijiet totali minn Marzu ‘l hawn huma 20,409. Sa issa ingħataw 57,683 doża tal-vaċċin filwaqt li 18,536 ingħataw it-tilqima tat-tieni doża.