Sport Sport Ieħor

Avveniment ġdid tal-ibburdjar bl-isem ta’ J Cup Malta

Il-J/99, deskritta bħala ‘Il-Magna Perfetta’, f’wieħed mid-diversi rikonoxximenti tagħha minn meta tnediet fl-2019, se jagħmel id-debutt kompetittiv f’Malta fil-J Cup Malta fl-aħħar ta’ Marzu.

J Cup Malta huwa avveniment ta’ l-ibburdjar ġdid li għandu jiġi introdott fl-aħħar ta’ Marzu iżda l-ittra J fiċ-ċrieki tad-dgħajjes hija immedjatament assoċjata ma’ l-isem J/Boats li rat il-bidu tagħha fl-1977 bil-kostruzzjoni ta’ dgħajsa bil-qlugħ veloci ta’ 24 pied li Rod Johnstone, u ħuh Bob, bnew fil-garaxx tad-dar tiegħu fi Stonington, Connecticut.

Illum, dik id-dgħajsa (il-J/24), saret l-iktar dgħajsa bil-karina offshore rikreattiva fid-dinja. Il-familja Johnstone għamlet impatt qawwi fuq id-dinja tal-ibburdjar fil-linja ta’ dgħajjes tal-qlugħ tat-tlielaq, dawk cruising u anki dawk ta’ “one-design”.  Minbarra l-5,400 J/24s li jbaħħru globalment, hemm aktar minn 7,000 J/Boats oħra, li jvarjaw mill-J/22 International sal-J/65 f’aktar minn 50 pajjiż madwar id-dinja.

Fost il-Punti Ewlenin Storiċi tal-Ibburdjar tal-J/Boats wieħed isib dawk relatati mal-J/99 ‘Offshore Shorthanded Speedster’ li kellha d-Debutt Dinji tagħha fin-Nautic Paris Boat Show 2018 u eventwalment ġiet imnedija sena wara fi Cowes England.

Il-J/99 il-ġdid hija dgħajsa veloċi versatili ta’ 32 pied li timmira lejn iċ-ċirkwit tat-tlielaq għal ekwipaġġ ta’ tnejn. It-tqassim mill-isbaħ tad-dgħajsa jippermetti lil 2-4 ekwipaġġ jorqdu fuq in-naħa tar-riħ għal distribuzzjoni tajba tal-piż lil hinn mix-xtut, u sa 8 għar-regatta okkażjonali fuq il-kosta jew cruise fi tmiem il-ġimgħa. Diġà qed turi l-potenzjal tagħha meta kisbet it-2 post ‘overall’ fis-serje offshore Franċiża għal ekwipaġġ ta’ tnejn fir-regatta prestiġjuż Duo Cat-Amania 2019.

Fil-ġimgħat li ġejjin J/99 ġdida ser issalpa mingħand il-J/Boats Licensed Builders f’Marsilja Franza sa Malta fil-ħin biex tipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-J Cup Malta.  Żewġ baħrin żgħażagħ iżda ta’ esperjenza, Thomas u ħuh Sebastian Ripard, flimkien ma’ missierhom John Jr., se jbaħħru l-jott il-ġdid fuq distanza ta’ 851 mil nawtiku liema distanza tifred il-Port Franċiż ta’ Marsilja u Il-Port il-Kbir Malti. Din se tkun l-ewwel J/99 li ser tikkompeti f’kompetizzjoni lokali.

Ir-rikonoxximent mondjali tal-J/Boats wassal għat-twaqqif ta’ Assoċjazzjonijiet Internazzjonali b’saħħithom għal dgħajjes ta’ “one-design”

li jirriżultaw fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti nazzjonali, reġjonali u dinjin, bħal – South African J/22 Nationals, J/70 World Championship, J/24 European Championship u il-UK J Cup.

L-idea tal-J Cup Malta ġejja direttament mill-UK J Cup li hija stabbilita sewwa u organizzata minn KEY Yachting u r-Royal Ocean Racing Club. Flimkien ma’ avvenimenti oħra esklussivi nazzjonali J/Boats madwar id-dinja dan huwa avveniment annwali li kiber biex jirrappreżenta kompetizzjoni tat-tlielaq eċċellenti u baħrin kapaċi. Fuq kollox toffri weekend pjaċevoli ta’ ibburdjar ma’ nies tal-istess gosti.

Fl-2016 iż-żewġ aħwa Ripard flimkien ma’ Jonathan Calascione u David Kohler (Renju Unit) irrappreżentaw lil Malta u pproduċew prestazzjoni kbira biex jirbħu l-ewwel post ‘overall’ fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-J/70 UK. Din ġiet segwita b’wirja ipressjonanti oħra – ir-raba’ post fil-Kampjonati Ewropej 2017 tal-J/70 li saru wkoll fir-Renju Unit. F’dik l-okkażjoni l-jott tagħhom kien jismu ‘Calypso’.

Il-J Cup Malta qed tiġi ppreżentata minn RLR Yachting f’assoċjazzjoni mar-Royal Malta Yacht Club u l-Malta SB20 Association bejn is-26 u t-28 ta’ Marzu. Matul l-Avveniment il-parteċipanti se jkunu qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet magħrufa ta’ Marina Di Valletta.

B’rikonoxximent tan-numru dejjem jikber ta’ baħrin żgħażagħ irġiel u nisa b’talent li jtellgħu fuq l-SB20, l-organizzaturi bil-kooperazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija SB20, se jkunu qed jippreżentaw Klassi SB20 fl-avveniment J Cup Malta.

L-SB20 hija dgħajsa mibnija Ingilterra ta’ 6.15m, dgħajsa sportiva ta’ “one-design” ferm kompetittiva għal timijiet ta’ tlieta jew erba’ baħrin. Id-dgħajsa hija meqjusa bħala dgħajsa sportiva moderna u qawwija b’suċċess fid-dinja b’aktar minn 800 sidien li jikkompetu regolarment fi programm ta’ avvenimenti ta’ tigrijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali.

Peter Valentino, International Judge fuq l-International Sailing Federation, huwa fuq il-kumitat organizzattiv ta’ J Cup Malta u se jkun qed jorganizza aġġudikazzjoni fuq l-baħar b’deċiżjonijiet magħmul minn ġurati lokali u b’talent ġdid. Thomas Ripard se jkun Race Officer ta’ dan l-Avveniment.

Iż-żona tat-tellieqa tal-J Cup Malta se tkun ‘il barra mill-kosta ta’ Tas-Sliema fix-xatt tal-Grigal ta’ Malta. Dettalji tal-Klassijiet Differenti li ser jiffurmaw l-Avveniment u kif ukoll tal-Programm tat-Tlielaq se jingħataw aktar qrib tal-Avveniment.

Matul dan l-avveniment ser jitħarsu l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni tal-COVID-19 hekk kif maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.