Ambjent Lokali

“Viżjoni li toffri futur għall-enerġija ta’ pajjiżna” – Bernard Grech

Imnedija l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista għas-Settur tal-Enerġija

Pjan li joffri ħajja aktar b’saħħitha, u enerġija nadifa – huwa dan il-Pjan tal-Energija li preżenta l-Kap tal-PN Bernard Grech f’konferenza tal-ahbarijiet li saret il-Ħamis filgħodu, bis-sehem tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.

Il-Pjan tal-Enerġija…ibbażat fuq sitt pilastri… se jitpoġġa għall-konsultazzjoni pubblika, inkluż mal-Korpi Kostitiwiti. Il-pjan jitkellem dwar policy ibbażata fuq l-orħos sors tal-enerġija….sorsi effiċjenti ta’ enerġija…strateġija long-term li tħares anke lejn hydrogen pipeline….li naqilbu għal aktar sistemi tat-trasport elettriku….il-bżonn tat-tieni interconnector…u l-inċentivar ta’ enerġija rinnovabbli, bil-ħolqien ta’ aktar green jobs.

Dan kollu se jsir sabiex il-familji Maltin u Għawdxin jibqgħalhom aktar flus fil-but, jitnaqqas il-mard respiratorju u jkunu jistgħu jgħixu f’ambjent iktar nadif. 

Bernard Grech qal li s-sitt pilastri huma ibbażati fuq pjan ta’ 30 sena, b’vijżoni li toffri futur ġdid għall-enerġija ta’ pajjiżna bil-ghan li jorħsu l-kontijiet tad-dawl, tiżdied l-enerġija li tiġi minn sorsi nodfa, u b’hekk pajjiżna jsir pajjiż carbon neutral.

Bernard Grech qali li dak li tħabbar huwa biss il-bidu tal-ħidma tal-PN f’dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.

Dan il-pjan ma setax jitfassal mingħajr il-kontribut ta’ diversi Deputati tal-PN fosthom il-Viċi Kap tal-PN David Agius kif ukoll id-Deputati Robert Cutajar, Kristy Debono, David Thake, Toni Bezzina u Claudio Grech.

F’dawn l-aħħar ġmgħat il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel aċċenn partikolari fuq il-qasam tal-enerġija, fejn saħaq li l-energija għandha ssir parti essenzjali mis-suċċess li flimkien nistgħu niksbu fil-futur.

Għalhekk fid-dawl ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli joffri aktar proposti konkreti fosthom li Gvern Nazzjonalista jraħħas it-tariffa ta’ matul il-lejl għall-karozzi minn 13ċ għal 10ċ5, traħħis ta’ 20%.

Proposta oħra hi li Gvern Nazzjonalista jħallas 10ċ5 għal kull unit iġġenerat fuq il-bjut residenzjali minflok is-7ċ5 li l-poplu Malti qed jirċievi taħt Gvern Laburista – żieda ta’ 30%.