Internazzjonali

Ġerusalemm: L-ewwel borra wara sitt snin…

epa04628430 A woman holds her baby as she walks on the main Jaffa street after a winter storm left about 15 to 20 centimeters of snow, in Jerusalem, Israel, 20 February 2015. EPA/ABIR SULTAN

L-inżul tal-ewwel borra f’sitt snin fuq il-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm (fix-Xatt tal-Punent) qanqal interess kbir madwar ir-reġjun, bir-residenti lokali joħorġu barra biex jesperjenzaw dawn ix-xeni mhux tas-soltu.

L-inżul tal-borra kopriet ħafna mix-Xatt tal-Punent fosthom il-Belt l-Antika ta’ Ġerusalemm u siti prinċipali għal devozzjoni, bħall-moskea al-Aqsa u l-Ħajt tal-Punent ( magħruf bħala l-Western Wall). Il-borra niżlet bil-kbir ukoll fuq bliet oħrajn bħal Hebron, fost ix-xeni mill-aktar pittoreski fil-Wied tal-Ġordan u l-madwar.

Ir-reġjun tal-Lvant Nofsani, fl-aħħar jiem, għadda minn diversi ġranet ta’ kesħa rari għal dawn l-inħawi u meta fi bliet bħal Hebron spikkaw ix-xeni pjuttost strambi ta’ ħaddiema bit-tractors qegħdin inaddfu t-toroq mill-munzelli tal-borra li kienu ilhom jakkumulaw mill-bidu tal-ġimgħa.