“Dan muhiex ġnien publiku”. Hekk iddikjara l-Ministru Ian Borġ meta ġie mistoqsi min Net News dwar l-isfreġju li sar f’Ħaż-Żebbuġ, u li beda mingħajr ma ġew infurmati, ir-residenti u il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Kien kmieni l-Erbgha filgħodu, meta ir-raġel li kien jiehu hsieb din iz-zona kien infurmat mill-ġirien li ħaddiema ta’ Infrastructure Malta kienu se jeqirdu għalkollox is-siġar li kien ilu jieħu ħsieb b’tant għożża għal 40 sena. Barra minhekk, twaqqgħu ħajt u kamra żgħira, għax skont Infrastructure Malta, dawn kienu mibnija illegalment.
Madankollu, fi tweġiba għall-istorja ppubblikata f’NETnews.com.mt, Infrastructure Malta m’għamlet l-ebda referenza għall-fatt li x-xogħol sar mingħajr il-permessi meħtieġa.
//= $special ?>