Ambjent Lokali

Il-PN iwiegħed kontijiet orħos u aktar inċentivi

Futur ġdid għall-Enerġija ta’ Pajjiżna.. Viżjoni li twassal għal żieda fl-effiċjenza tal-Enerġija… miri li se jwasslu lil pajjiżna sas-sena 2030 u 2050. Proposti li l-għan aħħari tagħhom huwa li kulħadd jgħix ħajja aħjar f’ambjent iktar nadif.

Il-Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-iżvilupp sostenibbli Ryan Callus saħaq li sal-2030 Malta jrid ikollha ammont ta’ enerġija li ġejja minn sorsi nodfa b’politika bbażata fuq l-orħos sors.

L-ewwel pilastru – Gvern Nazzjonalista huwa kommess li jnaqqas il-prezzijiet tal-enerġija b’mod sinifikanti b’enfażi partikolari fuq il-Korrezzjoni tal-mekkaniżmu li biħ jinħadmu l-kontijiet.

It-tieni pilastru – kontijiet irħas għar-residenzi filwaqt li l-industrija tkun waħda iktar kompettitiva permezz ta’ bidla fil-mod kif wieħed iħares lejn l-enerġija alternattiva. Ryan Callus qal li l-PN qed jipproponi li jkun hemm iktar għajnuna għall-iskemi preżenti tal-heat pumps u l-batteriji domestiċi. Se jingħataw ukoll aktar inċentivi għal min irid jinvesti fil-pannelli  fosthom żieda ta’ 30% minn 7ċ5 għal 10ċ5 għal kuntratti skaduti ta’ pannelli. Dan se jwassal għal aktar stabbilita’ lill-industrija b’perjodi itwal ta’ Feed-in-Tariffs.

It-tielet pilastru – Ikun implimentat il-Hydrogen ready pipeline. Pajjiżna ma jistax jibbaża biss fuq enerġija alternattiva għalhekk iridu jiġu identifikati soluzzjonijiet għal pannelli solari.

Ir-raba’ pilastru – Isir investiment f’charging stations għal kull 10 karozzi sabiex tibda l-mixja lejn l-elettrifikazzjoni tat-trasport. Ryan Callus sostna li Gvern Nazzjonalista huwa kommess li jraħħas it-tariffa ta’ matul il-lejl b’20% – minn 13c għal 10.5c.

Il-ħames pilastru – Ikun hemm it-tieni Interconnector mal-Ewropa hekk kif l-ewwel wieħed kien ta’ suċċess. Ryan Callus qal li huwa essenzjali li pajjiżna jissuplixxi l-enerġija tiegħu minn sors stabbli madwar l-Ewropa. 

Is-sitt pilatru – Gvern Nazzjonalista jipproponi li jsiru wind fars fuq il-baħar, dan għaliex din hija waħda mill-iktar teknoloġija rinovabbli għal enerġija alternattiva. Apparti dan qed ikun enfasizzat li jiġu ġġenerati iktar green jobs.