Futbol Sport

It-tim Slovakk b’saħħtu wisq għat-tim Malti

Malta……………………….0

Slovakkja………………….4

Malta: J. Xuereb, S. Farrugia, R. Cuschieri (K. Chetcuti 82′), A. Sultana, M. Farrugia (E. Xuereb 66′), S. Zammit, J. Flask (S. Buttigieg 89′), C. Zammit, B. Borg (A. Said 46′), N. Sciberras , V. Mifsud (M. Borg 46′)

Slovakkja: P. Chladekova, A. Biroova (M. Mikolajova 62′), K. Panakova, P. Fisherova, P. Hmirova (D. Lemesova 62′), P. Kosikova, D. Skorvankova (L. Ondrusova 55′), J. Vojtekova, M. Surnovska (S. Semenova 75′) , V. Slukova (M. Havranova 62′)

Referee: M. Aufschnaiter

Assistenti referees: S. Telek, B. Iskin

Fil-Hibernians Stadium l-ewwel partita għat tim nazzjonali Malti tan-nisa fl-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women’s Trophy. Dominju assolut mis-Slovakkja li wara biss 10 minuti fethu l-iskor permezz ta’ VERONIKA SLUKOVA li għelbet lil Janice Xuereb minn freekick. Bis-Slovakkja fuq l-offensiva fil-21 minuta l-iskor sar 2 – 0 b’gowl skurjat minn KRISTINA PANAKOVA b’xutt minn barra l-kaxxa .

Riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima. L-andament baqa’ l-istess matul it-tieni taqsima bit-tim Malti kostrett li jiddefendi għal hinijijiet twal. Fis-76 minuta kienet LUCIA ONDRUSOVA li b’xutt fil-baxx ghar-rokna għelbet lil Xuereb. Qabel tmiem il-partita l-iskor sar 4 – 0 b’gowl ta’ MARIA MIKOLAYOVA b’ xutt fir-rokna ta’ fuq tal-lasti ta’ Xuereb It-tim Malti jerga’ jkun fl-azzjoni fit-23 ta’ Frar kontra l-Isvezja.