Futbol Sport

Jingħata bidu għall-VisitMalta Women’s Trophy

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum jilgħab l-ewwel partita tiegħu għal din is-sena hekk kif jiddebutta fil-VisitMalta Women’s Trophy kontra l-Islovakkja.

Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti Mark Gatt qal li t-tim Malti se jkun qed iħares lejn din il-partita bħala sfida u opportunità biex jutilizza plejers li ma tantx kellhom ċans jilgħabu mat-tim Malti.

Fl-istess tournament li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu qed jieħdu sehem ukoll l-Iżvezja li jinsabu fil-ħames post fir-rankings tad-dinja u l-Awstrija.

Din se tkun l-ewwel partita miż-żewġ rebħiet konsekuttivi li t-tim Malti kiseb barra minn pajjiżna kontra l-Iżrael u l-Ġorġja fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2022 fejn it-tim Malti rnexxielu jikseb 10 punti.