Futbol Sport

Jittelgħu il-poloz tal-FA Trophy u tal-playoffs tan-National Amateur League

(Ritratt: Martin Agius)

Dalgħodu, fiċ-Ċentru tal-MFA, itellgħu il-poloz għar-rawnd tal-aħħar sittax tal-FA Trophy 2020/21, bil-partiti huma skedati li jintlagħbu bejn it-2 u l-4 ta’ Marzu.

Ma’ dawn ittelgħu ukoll il-poloz tan-National Amateur League sabiex ikun magħruf l-aħħar tim li se jsib postu fil-BOV Challenge League u r-rebbieħ tal-kampjonat.

Il-partiti mir-rawnd tal-aħħar sittax tal-FA Trophy: Santa Lucia v Mosta FC, Gżira Utd v Tarxien R, Pembroke v Hibernians / Żejtun Corinthians, Xagħra Utd v Ħamrun Spartans, Naxxar Lions v St Andrews, Għajnsielem v Birkirkara, Senglea A v Valletta FC, Marsa v Sirens FC

Il-partiti taċ-Championship playoffs tan-National Amateur League: Mġarr Utd v Melita, Luqa SA v (Tellief bejn) Mġarr Utd u Melita, Mġarr Utd / Melita v Luqa SA

Il-partiti tal-Promotion playoffs tan-National Amateur League: Mellieħa v Xgħajra T, Attard v Mellieħa / Xgħajra, Msida SJ v Rabat A, Żurrieq v Kirkop Utd, Marsaskala v Siġġiewi

Il-polza tas-semi finali tal-Promotion playoff: Attard / Mellieħa / Xgħajra v Żurrieq / Kirkop, Msida SJ / Rabat A v Marsaskala v Siġġiewi