Lokali

Maltco Lotteries se tqassam hand sanitizers b’xejn

Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa, il-kumpanija Maltco b’kollaborazzjoni ma’ BioArte se tkun qed tqassam madwar 50,000 hand sanitizers b’xejn… liema sanitizers jistgħu jinġabru minn kulħadd mingħajr ebda obligazzjoni.

L-għan ta’ din il-kampanja hu li l-kumpanija taghti lura lis-soċjetà f’dan iż-żmien diffiċli.

Net News tkellem mac-Chief Commercial Officer ta’ Maltco, David Anthony Gatt illi spjegalna l-iskop wara din il-kampanja.

Net News tkellem ukoll mal-Kap Ezekuttiv ta’ BioArte, Manuele Briazzo.

Qabel din il-kampanja setgħet tiġi mnedija sar proċess fejn ġie ċċertifikat mill-awtoritajiet Maltin li l-prodott hu tal-aqwa kwalità.