Futbol Sport

Marsa miżmuma minn St.George’s

Chris Cassar

MARSA …………………… 2

ST GEORGES …………… 2

Marsa: N.G. Vella, P. Chircop, D. Agius, I. Zammit, A. Monticelli, M. Micallef, J. de Lima, D. Grima, P. M. Teixeira, F. Gusman, L. Micallef

St. Georges: M. Bartolo, M. Caruana, J. Briffa, Y. Nomura, B. Gomes dos Reis, W. Zamble, J.L. Agius, J. Sultana, M. Farrugia, R. Tanti, O. Magro

Referee: Darryl Agius

Sorpiża minn St.George’s li kkonfermaw il-mument tajjeb tagħhom meta żammew fi draw lil Marsa.Il-partita keient waħda ferm movimentata u mimlija azzjonijiet taċ skor fuq iż-zewġ naħat. Kienu t-tim mill-Kottonera li fetħu l-iskor wara biss 18-il minuta logħob, meta Lee James Agius għadda tajjeb lil Yuta Nomura, li b’veloċita kbira qabeż żewġ difensuri avversarji, u minn pożizzjoni ferm angolata, għeleb lil gowlkiper Vella b’xutt fil-baxx. Ir-risposta ta’ Marsa kienet waħda immedjata.

Fis-27 minuta huma marru viċin tal-gowl tad-draw meta d-daqqa ta’ ras bid-dawra ta’ Patrick Teixeira għaddiet tħakkek mal-lasta. L-isforzi ta’ Marsa ġew ippremjati man-nofs siegħa logħob. Kien Patrick Teixeira li ħarab tajjeb fuq il-lemin, u għadda fin-nofs lejn Lydon Micallef, li b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lid-difiża Bormliża. Marsa rnexxilhom imorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-63 minuta, meta xutt ta’ Lydon Micallef ġie salvat parzjalment mill-gowlkiper Bartolo, iżda dan ma kienx biżżejjed għaliex mir-rebound, Dylan Grima kkonkluda fix-xibka. 

Bormla komplew jattakkaw, u rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw sitt minuti mit-tmiem. Kien Wilfried Zamble li wara li ħasad għal kollox lid-difiża ta’ Marsa b’ġirja veloċi, sab lis-sostitut Kouta Suemitsu waħdu f’nofs il-kaxxa bi kross fil-baxx, li ma kellu ebda diffikulta li jikkonkludi f’lasti vojta.