Ekonomija Lokali

In-negozji qed iżommu kawti ħafna

“In-negozji bħalissa mhumiex qiegħdin jinvestu, iżda l-għan ewlieni tagħhom huwa li jsalvaw minn din il-pandemijja”.

Din hija waħda mill-konkluzjonijiet li ħargu minn rapport illi ġie preżentat mill-Kamra Maltija tal-Kummerċ bl-isem “L-Indiċi tal-Fiduċja”.

Il-Kamra tal-Kummerċ flimkien ma’ Visage Malta ħarġet l-ewwel rapport ta’ dan it-tip, li fih 30 paġna, bil-għan li dan jiġi aġġornat kull tlieta xhur.

Il-Kamra tal-Kummerċ iddikjarat li r-rapport tal-ewwel tliet xhur issa huwa lest bis-saħħa ta’ surveys li saru f’Diċembru u Jannar, fejn Kapijiet Ezekuttivi u nies fin-negozju ġew mistoqsijja x’jaqħsbu fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid.

Min dan l-istharrig ħareġ li in-nies qiegħdin jittamaw li fix-xhur li ġejjin in-negozju jerġa jibda jirritorna għan-normal. Madankollu, 34% qalu li n-negozju se jdum aktar min sena biex jirritorna għan-normal.

Il-biża tan-nies fin-negozju huwa jekk humiex se jkunu kapaċi jżommu miftuħin sal-aħħar tas-sena. B’erbgħa min ħamsa jiddikjaraw li ġew affetwati ħafna minħabba l-pandemija.