Sport Sport Ieħor

Jennifer Brady u Naomi Osaka fil-finali tal-Open tal-Awstralja

Naomi Osaka waqqfet lil Serena Williams milli tirbaħ l-24 Grand Slam tal-karriera hekk kif fl-Open tal-Awstralja għelbitha b’mod konvinċenti 6-3, 6-4.

Fil-finali, Osaka se tkun qed tilgħab kontra Jennifer Brady, li minn naħa tagħha eliminat lil Karolina Muchova 6-3, 3-6, 6-4 bil-finali tintlagħab nhar is-Sibt fid-9.30am ħin ta’ Malta.