Lokali

Numru ta’ persuni evakwati minn binja f’Wied il-Għajn

Numru ta’ persuni ġew evakwati minn binja li tinsab fi Triq il-Ħamrija, Wied il-Għajn hekk kif għall-ħabta tas-6 tal-illejla nħakem xi nar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija li minnufih bdew jevakwaw lin-nies biex ikun evitat inċident. Issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li waslu fuq il-post permezz ta’ ambulanzi biex jassistu lil dawk li kien hemm fuq ġewwa.

Mhux magħruf kienx hemm bżonn l-assistenza medika u x’ikkawża għal dan in-nar.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.