Lokali

FL-2020: L-inċidenti fit-toroq jonqsu bi 17.4%

Skont l-NSO, n-numru ta’ inċidenti waqt l-aħħar xhur tas-sena tal-2020 laħqu n-numru ta’ 3,171. Dan jindika tnaqqis ta 17.4% mill-2019. Madankollu ġie żvelat, li fiż-żona tan-naħa ta’ fuq tal-port, irreġistra l-ogħla ammont ta inċidenti b’1,137 każ li jagħmel 35.9% tal-inċidenti kollha.

L-ammont ta’ każi fejn l-individwi li kienu f’inċident sofrew xi ġrieħi, naqas bi 18.6%, dan jagħmel total ta’ 311, u min dawk it-311, 68 minnhom kienu rreġistrati li weġġgħu gravi. Min dawn it-68 individwu, 73.5% kienu irġiel u 62.1% kienu ndividwi bejn l-eta ta’ 26 u 59 sena’.

L-ogħla numru ta’ inċidenti tat-traffiku bi 61.1%, jinvolvu vetturi, filwaqt li t-tieni l-ogħla inċidenti jinvolvu muturi bi 32.2%.

L-NSO rrapurtat ukoll li l-istatistika tal-inċidenti tat-traffiku tinkludi ukoll l-inċidenti bir-roti kawża tat-traffiku, dawn jikludu it-total ta’ sebgħa nċidenti, bi tnejn iddikjarati li kienu weġġgħu gravi. Madankollu l-ogħla numru ta’ inċidenti tat-traffiku

L-ogħla numru ta’ inċidenti seħħew is-Sibtijiet u l-Ħdut bi 62 u 55 kellhom bżonn l-għajnuna minħabba aċċident tat-traffiku. Madankollu l-ogħla ammont ta’ inċidenti seħħew l-Erbgħa b’total ta’ 516-il inċident li jagħmlu 16.3% tat-total ta’ inċidenti.

L-NSO mir-riċerka kkonkludiet li l-għar ħinijiet għas-sewqan huma bejn 12:00 am u 3:00pm bl-ogħla numru ta’ inċidenti f’dawn il-ħinijiet jilaħqu t-total ta 771 każ, li jagħmlu 24.8% tal-inċidenti totali u id-9:00am u 12:00am, li b’kollox waqt dawn il-ħinijiet jlaħqu l-ammont ta’ 735 każ.

Mir-rapport ukoll ħareġ li l-aħjar ħinijiet biex issuq huma bejn it-3:00am u s-6:00 ta’ filgħodu, dan għaliex f’dawn il-ħinijiet kien hemm l-anqas każi ta’ inċidenti, b’total ta’ 41 każ.

L-ogħla ammont ta’ inċidenti kien rrapurtati f’Birkirkara, Ħal-Qormi u n-Naxxar, filwaqt li l-anqas ammont ta’ inċidenti kienu rrapurtati f’Għawdedx, Kemuna, Ħal-Safi, L-Imdina u San Lawrenz.