Raġel Bulgaru ta’ 48 sena residenti l-Gżira jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’fabbrika fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ nofsinhar meta r-raġel waqa’ minn fuq sellum waqt li kien jaħdem f’fabbrika fiz-Zona Industrijali tal-Imrieħel.
Bil-każ kienet informata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li fetħet inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
//= $special ?>