Lokali

Covid-19: 154 każ ġdid, ifiqu 148

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 154 każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna. Fl-istess ħin, 148 persuna fiequ mill-virus.

Fortunatament, ma kellniex iktar mwiet fl-aħħar 24 siegħa biex għaldaqstant in-numru ta’ vittmi baqa’ 301.

Biċ-ċifri tal-lum, in-numru ta’ każi f’pajjiżna minn Marzu hu 20,563 li minnhom fiequ 17,827. Il-każi attivi komplew jiżdiedu u issa telgħu għal 2,435.