Futbol Sport

Ġlieda għall-ewwel post fid-derby ta’ Milan

Fit-23 ġurnata mis-Serie A tispikka id-derby ta’ Milan fost diversi partiti oħra. Wara li l-ġimgħa l-oħra Inter qabżu lil Milan sabiex telgħu fil-quċċata tal-klassifika, Milan min-naħa tagħhom se jkunu qegħdin jsapiraw li jerġgħu jiksbu l-ewwel post fis-Serie A wara iż-żelqa li soffrew fl-aħħar partita fejn tilfu kontra Spezia bl-iskor ta’ 2-0.

Apparti ir-rivalita’ u t-taqtigħa tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat, dawn iż-żewġ timjiet iltaqgħu l-aħħar fil-Coppa Italia, fejn kien hemm argument jaħraq bejn Zltatan Ibrahimovic u Romelu Lukaku, biż-żewġt iplejers se jkunu qed jaraw li jsarrfu din ir-rivalita’ ta’ bejniethom f’gowls għat-timijiet rispettivi tagħhom.

Iċ-champions renjanti Juventus se jilqgħu f’darhom lit-tim tal-aħħar post Crotone fejn se jkunu qegħdin jfittxu tliet punti wara id-disfatta fil-UEFA Champions League kontra Porto. Għal Juventus rebħa tkun tfisser li jżommu ħajjin it-tamiet tagħhom li jiġġieldu għar-rebħ tal-kamjonat, b’logħba anqas mit-timjiet ta’ qabilhom. Min-naħa l-oħra Crotone iridu jibdew jiġbru l-punti jekk iridu jsalvaw posthom fis-Serie A, hekk kif rebħu biss tliet partiti f’dan l-istaġun.

Illum: Fiorentina v Spezia 6.30pm, Cagliari v Torino 8.45pm, Għada: Lazio v Sampdoria 3.00pm, Genoa v Verona 6.00pm, Sassuolo v Bologna 8.45pm, IlĦadd: Parma v Udinese 12.30pm, Milan v Inter 3.00pm, Atalanta v Napoli 6.00pm, Benevento v Roma 8.45pm, ItTnejn: Juventus v Crotone 8.45pm