Lokali

Il-PN irodd ħajr lill-eks Kap tal-partit Simon Busuttil

Stqarrija tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista

F’laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija, l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kkonferma li m’hemm l-ebda ħsieb li tinbeda xi proċedura interna fil-konfront ta’ Simon Busuttil fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta Egrant.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq proposta tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u fid-dawl tal-istqarrija li kien għamel l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nhar it-30 ta’ Lulju 2018.

Il-Partit Nazzjonalista jrodd ħajr lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tal-ħidma ma taqta’ xejn fl-aħjar interess tal-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni anke permezz tal-kariga tiegħu ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew.