Lokali

Il-UĦM tissospendi l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Ritratt: Martin Agius

Il-UĦM Voice of the Workers ħabbret li qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali wara l-intervent tal-Ministru Edward Zammit Lewis, sabiex jinstab żblokk.

Intant, il-UĦM irċeviet garanzija li l-ftehim kollettiv se jibda jgħodd mill-1
t’Ottubru 2020 u se jkun hemm serje ta’ laqgħat sabiex għall-ewwel darba jiġi ffirmat l- ftehim storiku tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Il-UĦM appellat għall-buon sens sabiex mill-iktar fis jiġi konkluż dan il-ftehim.