Futbol Sport

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Wolves

(Ritratt: EPA)

Wolves kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara dik tal-ġimgħa li għaddiet fuq Southampton. B’din ir-rebħa Wolves komplew jitbiegħdu miż-żona relegazzjoni u saħħew posthom f’nofs il-klassifika. Wara li fis-27 Leeds laqtgħu l-lasta permezz ta’ Mateusz Klich, Wolves fetħu l-iskor fl-64 minuta meta x-xutt mid-distanza ta’ Adama Traore ħabat mal-lasta bil-ballun jaħbat mal-plejer ta’ Leeds ILLAN MESLIER u jidħol fix-xibka b’Wolves jirnexxielhom jagħlqu l-ispazzji b’mod tajjeb u jżommu r-riżultat sat-tmiem.