Futbol Sport

Jispikkaw Liverpool kontra Everton u Arsenal kontra Manchester City

Fil-25 ġurnata mill-Premier League Ingliż jispikkaw iż-żewġ partiti tal-ġimgħa fejn Liverpool se jospitaw lir-rivali Everton, filwaqt li Arsenal se jilqgħu f’darhom il-leaders attwali Manchester City.

Liverpool se jkunu qegħdin iħarsu li jirritornaw għar-rebħ fil-Premier League Ingliż hekk kif fl-aħħar ħarġa tagħhom kienu megħluba minn Leicester City bl-iskor ta’ 3-1. Ir-rebħa tal-partita kontra Leipzig fost il-ġimgħa fil-UEFA Champions League, għandha tqawwi l-aspirazzjonijiet tagħhom kontra Everton. Min-naħa l-oħra it-tim immexxi minn Carlo Ancelotti, se jkun qed ifittex li jikseb tliet punti sabiex jilħaq lill-istess Liverpool fil-klassifika Ingliża.

F’partita oħra, nhar il-Ħadd, fl-Emirates Stadium, Arsenal jilqgħu lil Manchester City, li jinsabu f’forma mill-aqwa fejn rebħu l-aħħar sittax il-partita fil-Premier Legaue, biex ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Arsenal għadhom ġejjin minn rebħa tajba kontra Leeds United bl-iskor ta’ 4-2, b’Mikel Arteta jittama li jikseb l-ewwel rebħa tiegħu fil-Premier League kontra l-eks tim tiegħu, fejn huwa kien assistent tal-kowċ Pep Guardiola.

Nhar il-Ħadd ukoll, f’Old Trafford, Manchester United jaffrontaw lil Newcastle United f’dik li għandha tkun rebħa imperattiva għar-Red Devils. Minkejja li Manchester United jinsabu fit-tieni post fil-klassifika għandhom bżonn jirkurpraw il-forma fil-kampjonat hekk kif ħadu telfa u draw fl-aħħar żewġ ħarġiet tagħhom fil-Premier League. Għal Newcastle tliet punti jiswew mitqlu deheb fil-ġlieda tagħhom mat-timjiet fiż-żona tar-relegazzjoni.

Illum: Wolves v Leeds 9.00pm, Għada; Southampton v Chelsea 1.30pm, Burnley v West Brom 4.00pm, Liverpool v Everton 6.30pm, Fulham v Sheffield United 9.00pm, IlĦadd: West Ham v Tottenham 1.00pm, Aston Villa v Leicester 3.05pm, Arsenal v Manchester City 5.30pm, Manchester United v Newcastle 8.00pm, ItTnejn: Brighton v Crystal Palace 9.00pm,